Merħba

DAN IS-SIT GĦADDEJ MINN XOGĦOL TA’ RINNOVAR.

QED NAĦDMU BIEX IS-SIT IKUN LEST MATUL IL-BTAJJEL TAS-SAJF.

Grazzi

Nilqagħkom għal dan is-sit elettroniku ġdid li hu ddedikat kompletament għall-Istudji Soċjali. L-għanijiet ta’ dan is-sit elettroniku huma diversi. L-ewwel nett, dan se jservi bħala pjattaforma uffiċjali li permezz tagħha l-għalliema jkollhom l-aktar l-informazzjoni riċenti u aġġornata ma’ x’inhu jiġri f’dan is-suġġett fl-iskejjel tagħna, kemm Statali kif ukoll dawk mhux Statali. Pereżempju, wieħed isib link għaċ-Ċirkularijiet li d-Dipartiment tal-Kurrikulu u e-Learning fi ħdan id-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni jippubblika minn żmien għal żmien fejn jikkonċerna dan is-suġġett. Wieħed isib ukoll links għas-sillabi uffiċjali kemm tad-Dipartiment kif ukoll taċ-ĊES, links għal websajts ta’ interess partikolari, kif ukoll oħrajn għall-karti tal-eżamijiet li saru f’dawn l-aħħar snin.

It-tieni nett, din il-websajt se sservi wkoll bħala post fejn l-għalliema u l-istudenti jistgħu jtellgħu x-xogħlijiet tagħhom stess onlajn, bħal power-point presentations, noti, kitbiet u riżorsi edukattivi oħrajn. Kulmin huwa interessat li jkollu xi xogħol imtella’ fuq dan is-sit huwa mitlub jikkuntattja lili biex ikunu jistgħu isiru l-arranġamenti meħtieġa.

Nittama li dan is-sit ikun ta’ għajnuna kemm għall-għalliema kif ukoll għall-istudenti kollha. Napprezza ħafna kwalunkwe kummenti u feedback li wieħed jista’ jagħti biex il-websajt issir aktar interessanti u rilevanti għal kulħadd.

George A. Said-Zammit

Uffiċjal Edukattiv

Leave a Reply